17.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/29
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija
(Kawża C-487/18)
(2018/C 328/39)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Noll-Ehlers, M Patakia, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tikkonstata li r-Repubblika tal-Awstrija, billi ma nnotifikatx lill-Kummissjoni il-programm nazzjonali tagħha ta’ ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet magħqudin tal-Artikolu 15(4) u tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv (1).
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Sal-lum il-konvenuta ttrażmettiet biss l-abbozz ta’ programm nazzjonali lill-Kummissjoni. Hija kienet indikat fit-tweġibiet tagħha għat-talbiet għal informazzjoni u għall-opinjoni motivata, li l-programm nazzjonali kien għadu jeħtieġ l-adozzjoni mill-Gvern Federali, li kien għadha ma saritx. Huwa biss wara din l–adozzjoni li n-notifikazzjoni tal-programm nazzjonali tkun possibbli. Il-konvenuta għadha ma indirizzatx dan it-tħabbir. Hija lanqas għadha ma nnotifikat il-programm nazzjonali u naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet magħqudin tal-Artikolu 15(4) u tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva.
(1) ĠU 2011, L 199, p. 48.
Full & Egal Universal Law Academy