22.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Specializat Cluj (ir-Rumanija) fit-30 ta’ Lulju 2018 – AU vs Reliantco Investments LTD, Reliantco Investments LTD Limassol Sucursala București
(Kawża C-500/18)
(2018/C 381/14)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Specializat Cluj
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: AU
Konvenuti: Reliantco Investments LTD, Reliantco Investments LTD Limassol Sucursala București
Domandi preliminari
1)
Fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “klijent tax-xiri bl-imnut” previst fil-punt 12 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/[KE] (1), il-qorti nazzjonali tista’ jew għandha tuża l-istess kriterji ta’ interpretazzjoni bħal dawk li jiddefinixxu l-kunċett ta’ “konsumatur” fis-sens tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 93/13/KEE? (2)
2)
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, f’liema kundizzjonijiet “klijent tax-xiri bl-imnut”, fis-sens tad-Direttiva 2004/[39/KE], jista’ jipprevalixxi ruħu, f’tilwima bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mill-kwalità ta’ konsumatur[?] u
3)
B’mod iktar partikolari, it-twettiq minn “klijent tax-xiri bl-imnut”, fis-sens tad-Direttiva 2004/[39/KE], ta’ numru għoli ta’ tranżazzjonijiet fuq perijodu relattivament qasir u l-investiment ta’ somom kbar ta’ flus fi strumenti finanzjarji bħal dawk iddefiniti fil-punt 17 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/[KE], jikkostitwixxu kriterji rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kwalità ta’ konsumatur ta’ “klijent tax-xiri bl-imnut” fis-sens tal-istess direttiva?
4)
Fl-istabbiliment tal-ġurisdizzjoni tagħha, il-qorti nazzjonali, li hija obbligata tiddetermina l-impatt, skont il-każ, tal-Artikolu 17(1)(c) jew tal-punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 (3), tista’ jew għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-bażi ta’ dritt sostantiv invokat mir-rikorrent – ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali biss – sabiex tikkontesta l-introduzzjoni ta’ klawżoli allegatament inġusti fis-sens tad-Direttiva 93/13/KEE, skont liema d-dritt sostantiv applikabbli jkun iddeterminat abbażi tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 (Ruma II) (4), jew l-eventwali kwalità ta’ konsumatur tar-rikorrent tagħmel mingħajr rilevanza l-bażi ta’ dritt sostantiv tat-talba tagħha?
(1) Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 263).
(2) Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).
(3) Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012, L 351, p. 1).
(4) Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) (ĠU 2007, L 199, p. 40).
Full & Egal Universal Law Academy