10.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 445/3
Appell ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2018 mill-Parlament Ewropew mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-17 ta’ Mejju 2018 fil-Kawża T-566/16 – Josefsson vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża C-506/18 P)
(2018/C 445/03)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Il-Parlament Ewropew (rappreżentati: Í. Ní Riagáin Düro, V. Montebello-Demogeot, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Erik Josefsson
Talbiet
L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tannulla s-sentena appellata;
—
konsegwentement, tiċħad ir-rikors fl-ewwel istanza;
—
tikkundanna lill-partijiet ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom f’din il-kawża;
—
tikkundanna lil E. Josefsson ibati l-ispejjeż tal-ewwel istanza.
Aggravji u argumenti prinċipali
Fl-appell tiegħu, il-Parlament jibbaża fuq il-motivi li ġejjin:
(i)
żball ta’ liġi, distorsjoni tal-fatti u nuqqas ta’ motivazzjoni meta ġie deċiż li r-rekwiżit ta’ kwalifika fil-liġi kien ir-raġuni tat-tkeċċija tar-rikorrent;
(ii)
żball ta’ liġi, meta ġie deċiż li l-adozzjoni ta’ organigramma u d-deċiżjonijiet relatati magħha u d-deskrizzjoni tal-pożizzjonijiet fiha għandhom ikunu suġġetti għad-dritt għal smigħ tar-rikorrent;
(iii)
distorsjoni tal-fatti, żball manifest ta’ evalwazzjoni u assenza ta’ motivazzjoni fil-konklużjoni li, kieku r-rikorrent kien instema’ wkoll dwar il-kwistjoni tal-pussess tiegħu ta’ kwalifika fil-liġi, dik is-seduta kienet effettivament tbiddel il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni inkwistjoni.
Full & Egal Universal Law Academy