22.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Förvaltningsrätten i Göteborg (l-Isvezja) fit-13 ta’ Awwissu 2018 – AA vs Migrationsverket
(Kawża C-526/18)
(2018/C 381/17)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Förvaltningsrätten i Göteborg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: AA
Konvenut: Migrationsverket
Domandi preliminari
1)
Id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen jew tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen jipprekludu regoli nazzjonali bħal dawk li jinsabu fl-Artikolu 16f tal-Lagen (2016:752) om tillfälliga begränsningar av möjligheten att få uppehållstillstånd i Sverige (il-Liġi Nru 752 tal-2016 dwar Restrizzjonijiet Provviżorji għall-Possibbiltà li Jinkiseb Permess ta’ Residenza fl-Isvezja), li jipprevedu li permess ta’ residenza għal finijiet ta’ studji fil-livell tal-edukazzjoni sekondarja jista’ jinħareġ lil ċittadin ta’ pajjiż terz li jinsab fil-pajjiż minkejja li jkun hemm inċertezza dwar l-identità tal-imsemmi ċittadin ta’ pajjiż terz u minkejja li ma jkunx jista’ jipproduċi prova prima facie tal-identità ddikjarata minnu?
2)
Jekk jitqies li, f’tali sitwazzjoni, l-acquis ta’ Schengen jinkludi rekwiżit li l-identità tkun stabbilita b’mod ċar jew li tiġi prodotta prova prima facie tagħha, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar ir-ritorn (1), jew kwalunkwe dispożizzjoni oħra tad-dritt tal-Unjoni, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li jippermettu eċċezzjoni minn dan ir-rekwiżit marbuta mal-identità?
(1) Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU 2008, L 348, p. 98).
Full & Egal Universal Law Academy