3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Saarländisches Oberlandesgericht (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Awwissu 2018 – BGL BNP Paribas SA vs TeamBank AG Nürnberg
(Kawża C-548/18)
(2018/C 436/27)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Saarländisches Oberlandesgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Appellanti: BGL BNP Paribas SA
Parti oħra fil-proċedura: TeamBank AG Nürnberg
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (1) huwa applikabbli għall-infurzabbiltà fil-konfront ta’ terzi fil-każ ta’ ċessjonijiet multipli?
2)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, liema liġi tirregola l-infurzabbiltà fil-konfront ta’ terzi?
3)
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, din id-dispożizzjoni tapplika mutatis mutandis?
4)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tielet domanda, liema liġi tirregola l-infurzabbiltà fil-konfront ta’ terzi?
(1) ĠU 2008, L 177, p. 6 u rettifika fil-ĠU 2009, L 309, p. 87.
Full & Egal Universal Law Academy