22.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 381/17
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Rumanija
(Kawża C-549/18)
(2018/C 381/18)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Scharf, G. von Rintelen, L. Radu Bouyon, aġenti)
Konvenuta: Ir-Rumanija
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tikkonstata li billi ma adottatx, mhux iktar tard mis-26 ta’ Ġunju 2017, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (1) jew, f’kull każ, billi naqset milli tikkomunika dawn il-miżuri lill-Kummissjoni, ir-Rumanija naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha skont l-Artikolu 67 tal-imsemmija direttiva.
—
timponi fuq ir-Rumanija, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 260(3) TFUE, multa ta’ EUR 21 974,40 għal kull jum ta’ dewmien mid-data tal-għoti tas-sentenza f’din il-kawża għal nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li tikkomunika l-miżuri ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2015/849.
—
tikkundanna lir-Rumanija, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 260(3) TFUE, tħallas somma f’daqqa li tikkorrispondi għal somma ta’ kuljum ta’ EUR 6 016,80 immultiplikata bin-numru ta’ jiem li jkunu għaddew bejn il-jum wara l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni stabbilit fid-direttiva inkwistjoni u d-data li fiha r-Rumanija tkun ikkonformat ruħha mal-obbligi tagħha jew, jekk ir-Rumanija ma tikkonformax ruħha mal-obbligi tagħha, id-data tal-għoti tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, bil-kundizzjoni li tinqabeż is-somma f’daqqa minima ta’ EUR 1 887 000.
—
tikkundanna lir-Rumanija għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
1.
Skont l-Artikolu 67 tad-Direttiva (UE) 2015/849/UE, l-Istati Membri kellhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ruħhom ma’ din id-direttiva mhux iktar tard mis-26 ta’ Ġunju 2017. Fl-assenza ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni mir-Rumanija, il-Kummissjoni ddeċidiet li tressaq azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.
2.
Fit-talba tagħha, il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkundanna lir-Rumanija għall-ħlas ta’ somma f’daqqa u ta’ pagamenti ta’ penalità abbażi tal-Artikolu 260(3) TFUE.
(1) ĠU 2015, L 141, p. 73.
Full & Egal Universal Law Academy