3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/26
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Nacional (Spanja) fl-20 ta’ Settembru 2018 – Federación de Trabajadores Independientes de Comercio (FETICO), Federación Estatal de Servicios, Movilidad y Consumo de la Unión General de Trabajadores (FESMC-UGT), Federación de Servicios de Comisiones Obreras (CC.OO.) vs Grupo de Empresas DIA S.A. u Twins Alimentación S.A.
(Kawża C-588/18)
(2018/C 436/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Nacional
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Federación de Trabajadores Independientes de Comercio (FETICO), Federación Estatal de Servicios, Movilidad y Consumo de la Unión General de Trabajadores (FESMC-UGT), Federación de Servicios de Comisiones Obreras (CC.OO.)
Konvenuti: Grupo de Empresas DIA S.A. u Twins Alimentación S.A.
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-koinċidenza tal-mistrieħ fil-ġimgħa mat-teħid tal-leave imħallas sabiex jintlaħqu għanijiet li huma distinti mill-mistrieħ?
2)
L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-koinċidenza tal-leave annwali mat-teħid tal-leave imħallas sabiex jintlaħqu għanijiet li huma distinti mill-mistrieħ, mir-rilassament u mir-rikreazzjoni.
(1) GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.