13.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 164/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fid-19 ta’ Novembru 2018 — KROL — Zakład Robót Wodno-Kanalizacyjnych vs Porr
(Kawża C-722/18)
(2019/C 164/03)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Qorti Reġjonali ta’ Varsavja, il-Polonja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: KROL — Zakład Robót Wodno-Kanalizacyjnych sp. z o.o., s.k.
Konvenuta: Porr S.A.
Domanda preliminari
Id-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, il-premessi 13, 20 u 22 tad-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali (1) u l-Artikolu 18 TFUE, li jistabbilixxi l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, jippermettu li jiġi eskluż il-kumpens għal ħlas tardiv, fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet iffinanzjati kompletament jew parzjalment b’riżorsi mill-fondi strutturali u mill-Fondi ta’ Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea, liema esklużjoni tirriżulta mill-punt 3(c) tal-Artikolu 4 tal-ustawa o terminach zapłaty w transakcjach handlowych (il-Liġi dwar it-termini ta’ ħlas fit-tranżazzjonijiet kummerċjali)?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 226.