11.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 54/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rēzeknes tiesa (il-Latvja) fit-28 ta’ Novembru 2018 – Elme Messer Metalurgs vs Latvijas Investīciju un attīstības aģentūra
(Kawża C-743/18)
(2019/C 54/12)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Rēzeknes tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SIA Elme Messer Metalurgs
Konvenuta: Latvijas Investīciju un attīstības aģentūra
Domanda preliminari
L-Artikolu 2(7) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1083/2006 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li sitwazzjoni li fiha l-benefiċjarju tal-finanzjament ma jkunx fil-pożizzjoni li jilħaq il-livell ta’ volum ta’ dħul mill-bejgħ previst matul il-perijodu rilevanti, minħabba li matul dan il-perijodu seħħ il-waqfien tal-attività kummerċjali jew l-insolvenza tal-uniku soċju tiegħu, għandha tiġi kkunsidrata bħala att jew ommissjoni ta’ operatur ekonomiku (benefiċjarju tal-finanzjament) li għandu, jew jista’ jkollu bħala konsegwenza li jiġi ppreġudikat il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU 2006, L 210, p. 25).