11.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 54/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d’instance d’Aulnay-Sous-Bois (Franza) fit-3 ta’ Diċembru 2018 – LC, MD vs easyJet Airline Co. Ltd
(Kawża C-756/18)
(2019/C 54/15)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal d’instance d’Aulnay-Sous-Bois
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: LC, MD
Konvenuta: easyJet Airline Co. Ltd
Domandi preliminari
L-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament 261/2004”) għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġu invokati d-dispożizzjonijiet tar-regolament, il-passiġġieri għandhom jipprovaw il-preżenza tagħhom fil-mument tar-reġistrazzjoni?
Fil-każ ta’ risposta pożittiva, l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 jipprekludi sistema ta’ preżunzjoni sempliċi li tgħid li l-kundizzjoni tal-preżenza tal-passiġġier fil-mument tar-reġistrazzjoni titqies li tkun ġiet stabbilita, għar-raġuni li dan tal-aħħar ikollu reżervazzjoni aċċettata u rreġistrata mit-trasportatur tal-ajru effettiv, fis-sens tal-Artikolu 2(g)?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.