11.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 54/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad Haskovo (il-Bulgarija) fl-4 ta’ Diċembru 2018 – QH vs Varhoven kasatsionen sad (ir-Repubblika tal-Bulgarija)
(Kawża C-762/18)
(2019/C 54/16)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Rayonen sad Haskovo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: QH
Konvenuta: Varhoven kasatsionen sad (ir-Repubblika tal-Bulgarija)
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni jew prassi nazzjonali li minnhom jirriżulta li ħaddiem li kien tkeċċa b’mod illegali u li mbagħad reġa’ ngħata x-xogħol tiegħu mill-qorti, ma huwiex intitolat għal-leave annwali mħallas fir-rigward taż-żmien bejn it-tkeċċija u l-għoti lura tax-xogħol tiegħu?
2)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni u/jew prassi nazzjonali li minnhom jirriżulta li, fil-każ ta’ terminazzjoni sussegwenti tar-relazzjoni ta’ xogħol, dan il-ħaddiem ma huwiex intitolat għal kumpens finanzjarju għal-leave annwali mħallas mhux meħud fir-rigward taż-żmien bejn it-tkeċċija preċedenti tiegħu u l-għoti lura tax-xogħol tiegħu?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.