11.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 54/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-tribunal d’instance Épinal (Franza) fit-13 ta’ Diċembru 2018 – Cofidis vs YP
(Kawża C-782/18)
(2019/C 54/19)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal d’instance Épinal
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Cofidis
Konvenut: YP
Domanda preliminari
Il-protezzjoni li d-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1) tiggarantixxi lill-konsumaturi tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li, fil-kuntest ta’ azzjoni mibdija minn professjonist kontra konsumatur u bbażata fuq ftehim ta’ kreditu konkluż bejniethom, tipprojbixxi lill-qorti nazzjonali, wara l-iskadenza ta’ terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħamens snin li jibda jiddekorri mill-konklużjoni tal-kuntratt, milli tirrileva jew tissanzjona, ex officio jew fuq eċċezzjoni mqajjma mill-konsumatur, nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjonijiet, dwar l-obbligu li tiġi vverifikata l-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur, previsti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva, tad-dispożizzjonijiet, dwar l-informazzjoni li għandha tidher b’mod ċar u konċiż fil-ftehimiet ta’ kreditu, previsti fl-Artikoli 10 et seq tad-Direttiva, u, b’mod iktar ġenerali, tad-dispożizzjonijiet kollha li jipproteġu lill-konsumatur previsti fl-imsemmija direttiva?
(1) ĠU L 133, p. 66.