11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/58
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2018 – Inforsacom Logicalis vs EUIPO (Business and technology working as one)
(Kawża T-7/18) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Business and technology working as one - Trade mark komposta minn slogan publiċitarju - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”))
(2019/C 93/74)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Inforsacom Logicalis GmbH (Neu-Isenburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u M. Alber, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Hanf u D. Walicka, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Ottubru 2017 (Każ R 808/2017-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Business and technology working as one bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Inforsacom Logicalis GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 72, 26.2.2018.
Full & Egal Universal Law Academy