8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2019 — Zweirad-Center Stadler VS EUIPO — Triumph Designs (Triumph)
(Kawża T-12/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Talba għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Triumph - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti TRIUMPH - Ċaħda parzjali tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Raġuni relattiva ta’ rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Identità tas-sinjali - Karattru distintiv imsaħħaħ tat-trade mark preċedenti akkwistat permezz tal-użu - Xebh ta’ prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 230/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Zweirad-Center Stadler GmbH (Ratisbonne, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn P. Ruess u A. Doepner-Thiele, sussegwentement minn P. Ruess, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Walicka u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Triumph Designs Ltd (Swadlincote, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, QC)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Novembru 2017 (Każ R 665/2017-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Triumph Designs u Zweirad-Center Stadler.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Zweirad-Center Stadler GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
3)
Triumph Designs Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 72, 26.2.2018.
Full & Egal Universal Law Academy