11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/58
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Yado vs EUIPO – Dvectis CZ (Imħadda ta’ fuq siġġu)
(Kawża T-30/18) (1)
((“Disinni Komunitarji - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinni Komunitarji Nruo 2371591-0001 (Imħadda ta’ fuq siġġu) - Inammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell - Inviju ta’ dokument lill-EUIPO permezz tal-formola tal-kuntatt - Inviju ta’ dokument lill-EUIPO permezz tal-posta elettronikau bil-fax”))
(2019/C 93/75)
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Partijiet
Rikorrenti: Yado s.r.o. (Handlová, is-Slovakkja) (rappreżentant: D. Futej, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Cottrell u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Dvectis CZ s.r.o. (Brno, ir-Republika Ċeka) (rappreżentant: L. Litváková, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Novembru 2017 (Każ R 1017/2017-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Dvectis CZ u Yado.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), tal-14 ta’ Novembru 2017 (Każ R 1017/2017-3), hija annullata.
2)
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Yado s.r.o.
3)
Dvectis CZ s.r.o. għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 94, 12.3.2018.
Full & Egal Universal Law Academy