8.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 131/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Giove Gas vs EUIPO — Primagaz (KALON AL CENTRO DELLA FAMIGLIA)
(Kawża T-34/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea KALON AL CENTRO DELLA FAMIGLIA - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea CALOON - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 131/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Giove Gas Srl (Tarquinia, l-Italja) (rappreżentanti: A. Bergonzini u F. Dinelli, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Compagnie des gaz de pétrole Primagaz (Pariġi, Franza) (rappreżentant: D. Régnier, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2017 (Każ R 1271/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Compagnie des gaz de pétrole Primagaz u Giove Gas
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Giove Gas Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 182, 28.5.2018.