21.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 25/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2018 – Asahi Intecc vs EUIPO – Celesio (Celeson)
(Kawża T-36/18) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali Celeson - Trade mark verbali internazzjonali preċedenti CELESIO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”))
(2019/C 25/54)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Asahi Intecc Co., Ltd (Nagoya, il-Ġappun) (rappreżentant: T. Schmidpeter, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Rajh u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Celesio AG (Stuttgart, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Novembru 2017 (Każ R 1004/2017-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Celesio u Asahi Intecc.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Asahi Intecc Co., Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C ##, ##.