11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/59
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 17 ta’ Jannar 2019 – Ecolab USA vs EUIPO (SOLIDPOWER)
(Kawża T-40/18) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali SOLIDPOWER - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”])
(2019/C 93/76)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ecolab USA, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. Töbelmann, K. Middelhoff u C. Saatkamp, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Kompari u D. Walicka, aġenti)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-EUIPO tad-9 ta’ Novembru 2017 (Każ R 1182/2017-5), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali SOLIDPOWER.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ecolab USA, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C ##, ##.