29.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 255/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Rietze vs EUIPO — Volkswagen (Vettura VW Bus T 5)
(Kawża T-43/18) (1)
(Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta l-vettura VW Bus T 5 - Disinn Komunitarju preċedenti - Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Karattru individwali - Utent avżat - Impressjoni glabali differenti - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002)
(2019/C 255/45)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Rietze GmbH & Co. KG (Altdorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Krogmann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Klawitter, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Novembru 2017 (Każ R 1204/2016-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Rietze u Wolkswagen.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Rietze GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 104, 19.3.2018.