11.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 383/59
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2019 – BO vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
(Kawża T-50/18) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għall-offerti - Sejħa għall-offerti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea - Tradutturi esterni - Proċedura tal-għażla - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)
(2019/C 383/67)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: BO (rappreżentant: E. Kleani, avukat)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Inghelram, Á. Almendros Manzano u V. Hanley-Emilsson, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Novembru 2017 li tiċħad l-offerta tar-rikorrent għall-fini tal-konklużjoni ta’ kuntratt-qafas għat-traduzzjoni tat-testi legali tal-Ġermaniż lejn il-Grieg.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
BO huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 134, 16.4.2018.