9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/46
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Fashion Energy vs EUIPO — Retail Royalty (1st AMERICAN)
(Kawża T-54/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea 1st AMERICAN - Trade mark preċedenti figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta ajkla - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u(5) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 - Prinċipju ta’ kontradittorju - Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001 - Rikors inċidentali”)
(2019/C 305/54)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Fashion Energy Srl (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: T. Müller u F. Togo avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Rampini u H. O’Neill aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Retail Royalty Co. (Las Vegas, Nevada, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Dick u J. Bogatz avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Novembru 2017 (Każ R 693/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Retail Royalty u Fashion Energy.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-15 ta’ Novembru 2017 (Każ R 693/2017-2) hija annullata.
2)
Ir-rikors inċidentali huwa miċħud bħala inammissibbli.
3)
Fir-rigward tar-rikors prinċipali, l-EUIPO u Retail Royalty Co. għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll, kull wieħed minnhom, nofs l-ispejjeż sostnuti minn Fashion Energy Srl.
4)
Fir-rigward tar-rikors inċidentali, Retail Royalty għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Fashion Energy u mill-EUIPO.
(1) ĠU C 123, 9.4.2018.