1.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2019 — Team Beverage vs EUIPO (LIEBLINGSWEIN)
(Kawża T-55/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva LIEBLINGSWEIN - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Natura qarrieqa - Artikolu 7(1)(b)(c) u (g) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 220/47)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Team Beverage AG (Wildeshausen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u M. Alber, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Novembru 2017 (Każ R 291/2017-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv LIEBLINGSWEIN bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Team Beverage AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 104, 19.3.2018.