4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/46
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2018 – Endoceutics vs EUIPO – Merck (FEMIVIA)
(Kawża T-59/18) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea FEMIVIA - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea FEMIBION INTIMA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”))
(2019/C 44/58)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Endoceutics, Inc. (Quebec, il-Kanada) (rappreżentant: M. Wahlin, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Lukošiūtė, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Merck KGaA (Darmstadt, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2017 (Każ R 280/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Merck u Endoceutics.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Endoceutics, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 112, 26.3.2018.