27.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 182/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ April 2019 — Rodriguez Prieto vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-61/18) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Każ ‘Eurostat’ - Proċeduri kriminali nazzjonali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Talba għal assistenza - Informatur - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Rikors għad-danni u rikors għal annullament”)
(2019/C 182/35)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Amador Rodriguez Prieto (Steinsel, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, T. Martin u R. Garcia-Valdecasas y Fernandez, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u R. Striani, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-kumpens għad-danni materjali u morali li r-rikorrent allegatament ġarrab u, sussidjarjament, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Marzu 2017 li tiċħad talba għal assistenza tar-rikorrent.
Dispożittiv
1)
It-talbiet għad-danni huma miċħuda.
2)
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-28 ta’ Marzu 2017 li tiċħad talba għal assistenza ta’ Amador Rodriguez Prieto hija annullata.
3)
Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż ta’ A. Rodriguez Prieto.
(1) ĠU C 134, 16.4.2018.