2.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2019 — Alfamicro vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-64/18) (1)
(“Programm-qafas għall-Innovazzjoni u għall-Kompetittività - Is-Seba’ Programm-qafas għal Azzjonijiet ta’ Riċerka, ta’ Żvilupp Teknoloġiku u ta’ Dimostrazzjoni (2007-2013) - Deċiżjoni li tifforma titolu eżekuttiv - Irkupru ta’ kreditu li jirriżulta minn ftehim ta’ sussidju - Artikolu 299 TFUE - Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 - Artikolu 135 tar-Regolament Nru 966/2012 - Estrapolazzjoni tal-konklużjonijiet tal-verifika - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
(2019/C 295/32)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Alfamicro — Sistemas de computadores, Sociedade Unipessoal, Lda. (Cascais, il-Portugall) (rappreżentanti: G. Gentil Anastácio u D. Pirra Xarepe, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u J. Estrada de Solà, aġenti)
Suġġett
Talba abbażai tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 8839 finali, tat-13 ta’ Diċembru 2017, dwar l-irkupru ta’ dejn mingħand ir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Alfamicro — Sistemas de computadores, Sociedade Unipessoal, Lda hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 142, 23.4.2018.