11.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 383/61
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2019 – BQ vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
(Kawża T-66/18) (1)
(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Sejħa għal offerti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea - Tradutturi free-lance - Proċedura ta’ għażla - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni)
(2019/C 383/69)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: BQ (rappreżentant: E. Kleani, avukat)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Inghelram, Á. Almendros Manzano u V. Hanley-Emilsson, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Novembru 2017 li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti għall-finijiet tal-konklużjoni ta’ kuntratt-kwadru għat-traduzzjoni ta’ testi legali mill-Ġermaniż għall-Grieg.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
BQ hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 134, 16.4.2018.