5.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 263/42
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — Visi/one vs EUIPO — EasyFix (Tabelli li jiddendlu għall-karozzi)
(Kawża T-74/18) (1)
(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta tabelli li jiddendlu għall-karozzi - Disinn preċedenti - Prova tal-iżvelar - Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Raġuni għall-invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Utent avżat - Grad ta’ libertà tad-disinjatur - Assenza ta’ impressjoni globali differenti - Artikoli 6 u 25(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002”)
(2019/C 263/47)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Visi/one GmbH (Remscheid, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Bourree u M. Bartz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Hanne u D. Walicka, agents)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: EasyFix GmbH (Vjenna, l-Awstrija)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 1424/2016-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn EasyFix u Visi/one.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Visi/one GmbH u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 112, 26.3.2018.
Full & Egal Universal Law Academy