5.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 263/43
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2019 — MPM-Quality vs EUIPO — Elton Hodinářská (MANUFACTURE PRIM 1949)
(Kawża T-75/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva MANUFACTURE PRIM 1949 - Użu ġenwin tat-trade mark - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
(2019/C 263/48)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: MPM-Quality v.o.s. (Frýdek-Místek, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Kyjovský, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Elton Hodinářská a.s. (Nové Město nad Metují, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: T. Matoušek, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 556/2017-4) dwar proċedimenti ta’ revoka bejn MPM-QUALITY u ELTON hodinářská.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
MPM-QUALITY v.o.s. hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
3)
ELTON hodinářská, a.s. għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 122, 26.3.2018.