4.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/54
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – CN vs Il-Parlament
(Kawża T-76/18) (1)
((“Servizz pubbliku - Assistenti Parlamentari Akkreditati - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal assistenza - Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal - Fastidju psikoloġiku - Kumitat Konsultattiv kompetenti għall-ilmenti ta’ fastidju bejn l-Assistenti Parlamentari Akkreditati u l-Membri tal-Parlament Ewropew u l-prevenzjoni tiegħu fil-post tax-xogħol - Deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza - Dritt għal smigħ - Prinċipju ta’ kontradittorju - Rifjut ta’ komunikazzjoni tal-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv u tal-minuti tas-smigħ tax-xhieda - Rifjut tal-istituzzjoni konvenuta li tikkonforma ruħha ma’ miżura istruttorja tal-Qorti Ġenerali”))
(2019/C 82/64)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: CN (rappreżentanti: C. Bernard-Glanz u A. Tymen, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Boytha u E. Taneva, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tal-20 ta’ Marzu 2017 li permezz tagħha l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ ta’ dik l-istituzzjoni ċaħdet it-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrent fit-13 ta’ Frar 2013 u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li huwa allegatament sofra.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Marzu 2017, li permezz tagħha l-awtorità li għandha s-setgħa li tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ ta’ dik l-istituzzjoni ċaħdet it-talba għal assistenza mressqa minn CN fit-13 ta’ Frar 2013, hija annullata.
2)
Il-Parlament huwa kkundannat iħallas lil CN, bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab, is-somma ta’ EUR 8 500.
3)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
4)
Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 134, 16.4.2018.
Full & Egal Universal Law Academy