8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2019 — Guiral Broto vs EUIPO — Gastro & Soul (Café del Sol u CAFE DEL SOL)
(Kawżi magħquda T-89/18 u T-90/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjonijiet għal trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali u figurattiva Café del Sol u CAFE DEL SOL - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Café del Sol - Prova tal-eżistenza, tal-validita u tal-portata tal-protezzjoni tat-trade mark preċedenti - Traduzzjoni - Drittijiet tad-difiża - Artikolu 95(2) tar-Regolament 2017/1001”)
(2019/C 230/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ramón Guiral Broto (Marbella, Spanja) (rappreżentant: J. L. de Castro Hermida, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: P. Sipos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Gastro & Soul GmbH (Hildesheim, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Diċembru 2017 (Każijiet R 1095/2017-4 u R 1096/2017-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn R. Guiral Broto u Gastro & Soul.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjonijiet tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-4 ta’ Diċembru 2017 (Każijiet R 1095/2017 4 u R 1096/2017 4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn R. Guiral Broto u Gastro & Soul huma annullati.
2)
Il-kumplament tar-rikors huma miċħuda.
(1) ĠU C 134, 16.4.2018.
Full & Egal Universal Law Academy