11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/60
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2019 – Equity Cheque Capital Corporation vs EUIPO (DIAMOND CARD)
(Kawża T-91/18) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva DIAMOND CARD - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”))
(2019/C 93/77)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Equity Cheque Capital Corporation (Victoria, il-Kanada) (rappreżentanti: I. Berkeley, barrister, P. Wheeler u C. Rani, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Rajh u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 1544/2017-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv DIAMOND CARD bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Equity Cheque Capital Corporation hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 134, 16.4.2018.
Full & Egal Universal Law Academy