4.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/55
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Multifit vs EUIPO (fit+fun)
(Kawża T-94/18) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea fit+fun - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”))
(2019/C 82/66)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Multifit Tiernahrungs GmbH (Krefeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Weber u L. Thiel, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Fischer, D. Walicka, M. Eberl u A. Sesma Merino, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 847/2017-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali fit+fun bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Multifit Tiernahrungs GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 134, 16.4.2018.
Full & Egal Universal Law Academy