18.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 103/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2019 – DeepMind Technologies vs EUIPO (STREAMS)
(Kawża T-97/18) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali STREAMS - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Natura deskrittiva - Artikolu 7(1)(c) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Prattika preċedenti tal-EUIPO”))
(2019/C 103/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: DeepMind Technologies Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: T. St Quintin, barrister, K. Gilbert u G. Lodge, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Ruzek u D. Walicka, sussegwentement V. Ruzek u H. O’Neill, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2017 (Każ R 35/2017-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali STREAMS bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
DeepMind Technologies Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 134, 16.4.2018.
Full & Egal Universal Law Academy