8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2019 — Stamatopoulos vs ENISA
(Kawża T-99/18) (1)
(“Fonction publique - Agents temporaires - Recrutement - Avis de vacance - Nomination à un poste de chef d’unité - Rejet de candidature - Obligation de motivation - Erreur manifeste d’appréciation - Égalité de traitement - Transparence - Responsabilité”)
(2019/C 230/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Grigorios Stamatopoulos (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (rappreżentanti: A. Ryan, aġent, assistit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-ENISA tal-25 ta’ Lulju 2017 li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent għall-pożizzjoni ta’ Kap tal-Unità “Finanzi u kuntratti pubbliċi” u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrent b’konsegwenza ta’ din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Grigorios Stamatopoulos huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 134, 16.4.2018.
Full & Egal Universal Law Academy