4.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/56
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Knauf vs EUIPO (upgrade your personality)
(Kawża T-102/18) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali upgrade your personality - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Slogan ta’ reklamar - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”))
(2019/C 82/68)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Martin Knauf (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Jaeger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Manea u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 1011/2017-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali upgrade your personality bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Martin Knauf għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 134, 16.4.2018.