8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/38
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2019 — Fundación Tecnalia Research & Innovation vs REA
(Kawża T-104/18) (1)
(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) - Żvilupp ta’ sistema ta’ kontroll tal-proċess u tal-kwalità fil-qasam tal-produzzjoni industrijali tal-ikel - Proġett Food-Watch - Sovrappożizzjoini tal-proġett ma’ proġett ieħor iffinanzjat taħt l-istess programm - Obbligi ta’ informazzjoni li għandhom il-benefiċjarji - Deċiżjoni li tirrikjedi r-rimbors tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa għall-eżekuzzjoni tal-ftehim ta’ sussidju”)
(2019/C 230/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Fundación Tecnalia Research & Innovation (Saint-Sébastien, Spanja) (rappreżentanti: P. Palacios Pesquera u M. Rius Coma, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (rappreżentanti: S. Payan-Lagrou u V. Canetti, aġenti, assistiti minn J. Rivas Andrés, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża, essenzjalment, li tikkonstata li r-rikorrenti ma hijiex marbuta għar-rimbors tas-sussidju mogħti għall-proġett FP7-SME 2013 605879 (Food-Watch).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Fundación Tecnalia Research & Innovation hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 134, 16.4.2018.
Full & Egal Universal Law Academy