13.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 164/46
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2019 — Deray vs EUIPO — Charles Claire (LILI LA TIGRESSE)
(Kawża T-105/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali LILI LA TIGRESSE - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti TIGRESS - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 164/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: André Deray (Bry-sur-Marne, Franza) (rappreżentant: S. Santos Rodríguez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Sipos u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Charles Claire LLP (Weybridge Surrey, ir-Renju Unit)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 1244/2017-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Charles Claire u A. Deray.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
André Deray huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 134, 16.4.2018.