15.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 139/49
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 27 ta’ Frar 2019 — Aytekin vs EUIPO — Dienne Salotti (Dienne)
(Kawża T-107/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedura ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Dienne - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti ENNE - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 139/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Erkan Aytekin (Ankara, it-Turkija) (rappreżentant: V. Martin Santos, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u G. Sakalaite-Orlovskiene, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Dienne Salotti SRL (Altamura, l-Italja) (rappreżentant: D. Russo, avukat)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 1444/2017-2), dwar proċedura ta’ oppożizzjoni bejn E. Aytekin u Dienne Salotti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
E. Erkan Aytekin huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti, fil-kuntest ta’ din il-proċedura, mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Dienne Salotti Srl.
(1) ĠU C 134, 16.4.2018.