9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/47
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Miles-Bramwell Executive Services vs EUIPO (FREE)
(Kawża T-113/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali FREE - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 305/55)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Miles-Bramwell Executive Services Ltd (Alfreton, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment J. Mellor, QC, G. Parsons u A. Zapalowski, solicitors, sussegwentement J. Mellor, G. Parsons u F. McConnell, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u H. O’Neill, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2017 (Każ R 2164/2016-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali FREE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Miles-Bramwell Executive Services Ltd għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 152, 30.4.2018.