9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/48
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2019 — Agencja Wydawnicza Technopol vs EUIPO (200 PANORAMICZNYCH)
(Kawżi magħquda T-117/18 sa T-121/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjonijiet għat-trade marks verbali tal-Unjoni Ewropea 200 PANORAMICZNYCH, 300 PANORAMICZNYCH, 400 PANORAMICZNYCH, 500 PANORAMICZNYCH u 1000 PANORAMICZNYCH - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament 2017/1001 - Assenza ta’ użu ħażin ta’ poter”)
(2019/C 305/57)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o. o. (Częstochowa, il-Polonja) (rappreżentant: C. Rogula, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra ħames deċiżjonijiet tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2017 (Każijiet R 2194/2016-5, R 2195/2016-5, R 2200/2016-5, R 2201/2016-5 u R 2208/2016-5) dwar applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tas-sinjali verbali 200 PANORAMICZNYCH, 300 PANORAMICZNYCH, 400 PANORAMICZNYCH, 500 PANORAMICZNYCH u 1000 PANORAMICZNYCH bħala trade marks tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
2)
Agencja Wydawnicza Technopol sp. z o. o. hija kkundannata għall-ispejjeż inklużi dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 142, 23.4.2018.