8.4.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 131/44
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Frar 2019 — Bayer Intellectual Property vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ qalb)
(Kawża T-123/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta qalb - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 131/50)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Bayer Intellectual Property GmbH (Monheim am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Graul, S. Hanne u D. Walicka, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2017 (Każ R-145/2017-1), rigward applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta qalb bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Bayer Intellectual Property GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 142, 23.4.2018.