6.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/43
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 19 ta’ Marzu 2019 — IQ Group Holdings Bhd vs EUIPO — Krinner Innovation (Lumiqs)
(Kawża T-133/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva Lumiqs - Trade marks tal-Unjoni Ewropea verbali u figurattiva preċedenti Lumix - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 155/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: IQ Group Holdings Bhd (Heckmondwike, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Carter, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Krinner Innovation GmbH (Straßkirchen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Schmidpeter, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 983/2017-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Krinner Innovation u IQ Group Holdings Bhd.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-12 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 983/2017-1) hija annullata.
2)
L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn IQ Group Holdings Bhd.
3)
Krinner Innovation GmbH għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha.
(1) ĠU C 142, 23.4.2018.