2.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2019 — Szegedi vs Il-Parlament
(Kawża T-135/18) (1)
(“Dritt istituzzjonali - Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew - Spejjeż tal-ivvjaġġar - Spejjeż ta’ assistenza Parlamentari - Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament - Drittijiet tad-difiża - Komunikazzjoni tal-provi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ fatt - Proporzjonalità”)
(2019/C 295/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrent: Csanád Szegedi (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: K. Bodó, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz, S. Seyr u B. Simon, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tat-30 ta’ Novembru 2017 dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrent tas-somma ta’ EUR 264 196,11 imħallsa indebitament fuq il-bażi ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar u spejjeż ta’ assistenza parlamentari u kif ukoll tan-nota ta’ debitu relatata tad-19 ta’ Diċembru 2017.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tat-30 ta’ Novembru 2017 dwar l-irkupru mingħand Csanád Szegedi tas-somma ta’ EUR 264 196,11 u n-nota ta’ debitu relatata tad-19 ta’ Diċembru 2017 huma annullati sa fejn dawn huma marbuta ma’ somom imħallsa fuq il-bażi ta’ spejjeż tal-ivvjaġġar, fl-ammont ta’ EUR 8 273,83.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
C. Szegedi u l-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 182, 28.5.2018.