24.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/30
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — Kuota International vs EUIPO — Sintema Sport (K)
(Kawża T-136/18) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea K - Raġuni assoluta ta’ invalidità - Mala fide - Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2019/C 213/29)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Kuota International Corp. Ltd (Road Town, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: C. Herissay Ducamp, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Sintema Sport Srl (Albiate, l-Italja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 3111/2014-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Kuota International u Sintema Sport.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-15 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 3111/2014-1) hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 166, 14.5.2018.