5.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 263/44
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2019 — De Esteban Alonso vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-138/18) (1)
(“Servizz pubbliku - Eks Uffiċjali - Investigazzjoni tal-OLAF - Kawża ‘Eurostat’ - Trażmissjoni lil awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali ta’ informazzjoni relattiva għal fatti li jistgħu jkunu suġġetti għal proċeduri kriminali - Assenza ta’ informazzjoni preċedenti dwar l-uffiċjali potenzjalment ikkonċernati - Danni allegatament subiti minħabba l-aġir tal-OLAF u tal-Kummissjoni matul il-proċedura - Dannu morali, fiżiku u materjali - Rabta ta’ kawżalità”)
(2019/C 263/49)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Fernando De Esteban Alonso (Saint-Martin-de-Seignanx, Franza) (rappreżentant: C. Huglo, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Striani u J. Baquero Cruz, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża biex jinkiseb kumpens għad-danni morali, fiżiċi u materjali allegatament subiti mir-rikorrent.
Dispożittiv
1)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil Fernando De Esteban Alonso s-somma ta’ EUR 62 000 bħala kumpens għad-dannu morali subit minnu.
2)
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk subiti minn F. De Esteban Alonso.
(1) ĠU C 190, 4.6.2018.
Full & Egal Universal Law Academy