14.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/44
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 15 ta’ Novembru 2018 – LMP Lichttechnik vs EUIPO (LITECRAFT)
(Kawża T-140/18) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali LITECRAFT - Motiv assolut ta’ rifjut - Natura deskrittiva - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”))
(2019/C 16/54)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: LMP Lichttechnik Vertriebs GmbH (Ibbenbüren, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Plegge, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Schramek u D. Hanf, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Jannar 2018 (Każ R 699/2017-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali LITECRAFT bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
LMP Lichttechnik Vertriebs GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 161, 7.5.2018.