18.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 103/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Jannar 2019 – Multifit vs EUIPO (TAKE CARE)
(Kawża T-181/18) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea TAKE CARE - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”))
(2019/C 103/52)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Multifit Tiernahrungs GmbH (Krefeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Weber u L. Thiel, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Eberl u M. Fischer, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Jannar 2018 (Każ R 845/2017-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv TAKE CARE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud
2)
Multifit Tiernahrungs GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 161, 7.5.2018.
Full & Egal Universal Law Academy