29.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 255/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Rietze vs EUIPO — Volkswagen (Vettura VW Caddy)
(Kawża T-192/18) (1)
(Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li tiddenota l-Unjoni Ewropea - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta l-vettura VW Caddy - Disinn Komunitarju preċedenti - Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Karattru individwali - Utent avżat - Impressjoni glabali differenti - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Oneru tal-prova fuq l-applikant għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Rekwiżiti marbuta mar-riproduzzjoni tad-disinn preċedenti)
(2019/C 255/47)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Rietze GmbH & Co. KG (Altdorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Krogmann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Klawitter, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Jannar 2018 (Każ R 1244/2016-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Rietze u Wolkswagen.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Rietze GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 161, 7.5.2018.