29.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 255/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Porsche vs EUIPO — Autec (Vetturi bil-mutur)
(Kawża T-209/18) (1)
(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta vettura bil-mutur - Disinn Komunitarju preċedenti - Raġuni għal invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)
(2019/C 255/48)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Klawitter, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Autec AG (Nuremberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Krogmann, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Jannar 2018 (Każ R 945/2016-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Autec AG u Dr.Ing. h.c. F. Porsche AG.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Dr. Ing. h.c. F. Porsche AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 166, 14.5.2018.