24.6.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019 — Briois vs Il-Parlament
(Kawża T-214/18) (1)
(“Privileġġi u immunitajiet - Membru tal-Parlament Ewropew - Deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità parlamentari - Rabta mal-funzjonijiet parlamentari - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Drittijiet tad-difiża - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)
(2019/C 213/31)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Steeve Briois (Hénin-Beaumont, Franza) (rappreżentant: F. Wagner, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz u S. Alonso de León, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament P8_TA(2018)0020 tas-6 ta’ Frar 2018 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità parlamentari tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artkolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu allegatament sostnut mir-rikorrent.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Steeve Briois għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew.
(1) ĠU C 211, 18.6.2018.